Sar missier u qassam rigali tal-Milied lil tfal inqas ixxurtjati

Ritratt: Twitter/DarinBrooks

L-attur Darin Brooks li narawh bħala Wyatt fis-soap opera The Bold and the Beautiful li tixxandar fuq Canale 5 b’ripetizzjoni fuq La 5dan l-aħħar ingħaqad mal-CHiPs For Kids Toy Drive biex ikun jista’ jagħti daqqa t’id biex jinġabru rigali tal-Milied beix jitqassmu lil tfal inqas ixxurtjati matul dawn iż-żminijiet tal-Milied.

L-attur ħass li kellu jagħmel dan wara li f’Settembru li għadda sar missier għall-ewwel darba, wara li martu l-attrici Kelly Kruger, kellha tifla, Everleigh Jolie.

Flimkien mal-membri tal-California Highway Patrol (CHiPs) hu ried iwassal messaġġ biex oħrajn jagħmlu bħalu u jaħsbu fi tfal inqas ixxurtjati.