Saqajn tal-qtates imsammra ma’ salib fil-Mosta

Tmien saqajn ta’ żewġ qtates instabu msammra fuq salib taħt statwa li tinsab f’nofs ta’ triq fil-Mosta.

Ta’ min jgħid li din is-sejba saret wara li għal diversi xhur, fil-lejl ta’ bejn il-15 u s-16 tax-xahar, instabu diversi qtates imsallba fil-Mosta, liema każijiet qed ikunu investigati mill-pulizija.

Hu mifhum li s-salib bis-saqajn tal-qtates ma tpoġġiex bil-lejl għax persuni rrappurtaw li sa kmieni filgħodu kien għad m’hemm xejn differenti.