Aġġornata: Saq lejn il-Mosta imma ma deherx iżjed

Tabib irrappurtat nieqes

Pulizija

Raġel li nhar il-Ġimgħa ħareġ mid-dar tiegħu biex isuq lejn il-Mosta ma deherx aktar minn dakinhar l’hawn. Il-Pulizija talbet l-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li r-raġel li jidher fir-ritratt huwa David Sciberras ta’ 56 sena. Ġie rrappurtat nieqes ilbieraħ.

Deher l-aħħar fit-18 ta’ Ottubru fis-7.30am meta ħareġ mid-dar tiegħu biex imur il-Mosta. Kien qed isuq karozza griża tat-tip Mitsubishi Colt. Kien liebes flok blu bl-abjad u bl-iswed, qalziet blu, u żarbun iswed.

Minn informazzjoni li kiseb Newsbook.com.mt jidher li Sciberras huwa tabib tal-familja.

Min għandu informazzjoni dwar dan ir-raġel jista’ jċempel lill-Pulizija fuq 21224001.

Xerred dan l-artiklu biex tgħin lill-Pulizija ssib lil dan ir-raġel.