Sapporters ta’ Sannat FC beżqu lir-referee mal-art – MFRA

Anthony Cassar

Sapporters tal-klabb tal-futbol Sannat Lions FC beżqu lir-referee li spiċċa mimdud mal-art wara li ġie attakkat minn plejer tal-istess klabb, skont l-Assoċjazzjoni tar-Referees tal-Futbol Malti (MFRA).

Fi stqarrija l-MFRA rringrazzjat lill-Assoċjazzjoni tal-Futbol Malti (MFA) li se tagħmel “dak illi l-Qorti ta’ Għawdex ma għamlitx, jiġifieri li tagħti sospensjoni denja lil Antoine Camilleri”.

L-MFRA ordant lir-referees tagħha biex ma jirrefjawx waqt partiti li jkun se jilgħab fihom Antoine Camilleri “ġaladarba s-sospensjoni tiegħu tiġi fi tmiema”. Ordnat lill-membri biex ma jaċċettawx logħob li jkunu se jieħdu sehem fihom kwalunkwe skwadra ta’ Sannat Lions FC.

“L-imġieba ta’ wħud mill-partitarji ta’ Sannat Lions FC waqt dan l-attakk viljakk u vjolenti, fejn dehru jwaddbu l-birra u jobżqu lill-assistent referee waqt li kien mimdud fl-art wara li ġie aggredit minn Antoine Camilleri, hija waħda inaċċettabli.”

L-assoċjazzjoni qalet li sa sigħat wara l-attakk, l-uffiċjali tal-logħba kienu għadhom qed jirċievu theddid fuq il-midja soċjali.

L-MFRA qalet li “tistenna b’ħerqa deċiżjonijiet dixxiplinarji mill-MFA, mill-Gozo Football Association u minn Sannat Lions FC.”

STQARRIJA MILL-PRESIDENT TAL-MALTA FOOTBALL ASSOCIATION BJORN VASSALLO‘Il-futbol huwa għaqda mhux…

Posted by Malta Football Association – 1900 on Sunday, January 12, 2020

Żagħżugħ ġie lliberat illum wara li lbieraħ ħebb għal referee waqt logħba futbol f’Għawdex.L-Għawdxi ta’ 26 sena, residenti ż-Żebbuġ, tressaq quddiem il-Maġistrat Simone Grech akkużat li f’logħba futbol fil-grawnd tal-Kerċem, qal kliem ta’ theddid u weġġa’ lill-vittma tant li dan kellu jiddaħħal l-isptar. Huwa kien qed isofri minn ġrieħi ħfief.

Aktar dettalji dalwaqt