Sanzjonijiet ħorox jekk l-Iraq tkeċċi t-truppi Amerikani – Trump

Euronews

Il-President Donald Trump wissa li l-Istati Uniti lesti jimplimentaw sanzjonijiet ħorox jekk l-Iraq tkeċċi t-truppi Amerikani bħala ritaljazzjoni għall-attakk Amerikan fuq Bagdad ftit tal-jiem ilu. L-attakk wassal biex qatel wieħed mill-aqwa uffiċjali Iranjani.

Trump għadda l-messaġġ f’nofs it-tensjoni li dejjem qed tiżdied fil-Lvant Nofsani. It-tensjoni kibret meta nqatel il-Ġeneral Qassem Soleimani, il-kap tal-forza tal-Quds Iranjana. L-Iran wiegħed li se jirritalja kontra dan. Il-parlament Iranjan ivvota favur it-tkeċċija tat-truppi Amerikani li huma bbażati fil-pajjiż.

Il-vot parlamentari għadu jrid jiġi ratifikat mill-gvern.

L-attakk li kien immirat biex jinqatel Soleimani qanqal tensjoni kbira fil-Lvant Nofsani, inkluż fl-Iraq, fejn għad hemm aktar minn 5,000 truppa Amerikana li għadhom stazjonati hemm. It-truppi kienu ġew stazzjonati 17-il sena ilu mill-invażjoni li kienet għamlet l-Amerka.

Nhar il-Ħadd il-parlament ivvota favur it-tkeċċija ta’ dawn it-truppi.