Sanzjonijiet ħarxa kontra l-Korea ta’ Fuq

Il-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda approva sanzjonijiet ġodda kontra l-Korea ta’ Fuq. Dan wara li twettqu testijiet nukleari fi Pyongyang ix-xahar li għadda. Is-sanzjonijiet jikkonċernaw diplomatiċi mill-Korea ta’ Fuq, trasferiment ta’ flus u aċċess għal prodotti meqjusa ta’ lussu.

Jimponu wkoll friżar ta’ assi u projbizzjoni fuq l-ivjaġġar fuq tlett individwi u żewġ ditti relatati mal-militar Korean.

Il-Kunsill approva dawn is-sanzjonijiet b’vot ta’ 15-0.