Santiago jindifen taħt il-borra

Borra li niżlet f’Santiago fil-Belt kapitali taċ-Ċilì waslet biex aktar minn 28,000 ruħ spiċċaw bla dawl.
Santiago ilu 20 sena ma jara l-borra.
Ilbieraħ Santiago ndifen taħt tlieta u ħames ċenimetri ta’ borra u dan wassal biex diversi nies inklużi tfal u anzjani ndarrbu wara li ħadu xi xokkijiet minn wajers diffettużi.
Madankollu s-silġ serva wkoll ta’ avventura għat-tfal hekk kif għall-ewwel darba f’ħajjithom  diversi tfal ħarġu fis-silġ jilagħbu u jitfgħu l-blalen tal-borra lil xulxin.