Santa Luċija: “Il-Gvern u l-Kunsill ma qalux il-fatti kollha”

Miguela Xuereb

Il-moviment Save Santa Luċija Open Space Network (SSLOSN) qal ħafna mir-residenti ta’ Santa Luċija ma oġġezzjonawx għall-proġett tal-underpass għax il-Gvern u l-kunsill lokali ma infurmawhomx fil-fatti kollha tal-proġett li kellha Infrastructure Malta.

Il-moviment Save Santa Luċija Open Space Network qal dan, fid-dawl tas-siġar li qed jitqaċċtu fit-trakka fejn wieħed jista’ jiġġogja biex jagħmlu spazju għall-proġett tal-underpass. Komplew li l-kunsill lokali ma intervjeniex biex ineħħi l-perċezzjonijiet żbaljati li kellu l-pubbliku dwar dan il-proġett.

Komplew li r-residenti qatt ma mmaġinaw li se jinqerdu s-siġar li hemm mat-trakka li ġiet inawgurata 4 xhur qabel l-elezzjoni tal-2017 u ġiet tiswa €90,000.

Aqra: Filmat: Persuni jintrabtu mas-sigar bi protesta kontra s-Central Link

Aqra: €20,000 f’24 siegħa biex jisfidaw il-proġett tas-Central Link

Aqra: Central Link: “Ian Borg ivvinta tifsira ġdida ta’ politika favur l-ambjent” – AD

SSLOSN qalu li l-kunsill lokali ta’ Santa Luċija ġie infurmat u kkonsultat mill-Awtorità tal-Ippjanar dwar din l-applikazzjoni iżda dawn iddeċidew li ma jinfurmawx lill-residenti. Żiedu li l-kunsill ma għamilx konsultazzjoni pubblika minkejja l-parir biex jagħmel dan.

Jibdew jitneħħew is-siġar

Fi stqarija l-Għaqda mhux Governattiva Flimkien għal Ambjent Aħjar qalet li min-naħa tagħha s-sena l-oħra hija avżat dan il-proġett se jkun jinvolvi t-tneħħija ta’ ammont ta’ siġar. Infrastructure Malta u l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi aktar  kmieni din il-ġimgħa qalu li aktar minn 2,000 siġra se jerġgħu jiġu pjantati jew miżrugħin mill-ġdid.

F’żona tal-iżvilupp mhux se jkun hemm ftit arja naturali

Catherine Polidano f’isem l-SSLOSN tkellmet ma’ Newbook.com.mt waqt il-velja li saret għas-siġar u t-trakka. Hija spjegat li oriġinarjament Santa Luċija nbniet biex ikun hemm spazji miftuħa u ġonna. Żiedet li l-proġett għandu jsir f’żona fejn diġà hi mibnija u mhux fejn mux mibni.

Credit: Monique Agius

Aqra: Velja għas-siġar u t-trakka tal-ġiri f’Santa Luċija

Finalment SSLOSN appellaw lil-Gvern biex jagħmel eċċezzjoni u jimmodifika l-proġett sabiex ma jitmissx l-ambjent naturali. Huma qalu li dan għandu jsir mhux biss għax kien hemm eluf li oġġezzjonaw iżda biex jipproteġi s-saħħa ta’ dawk li jgħixu Malta inkluż tat-tfal li jattendu l-iskola li tinsab viċin is-sit.