Santa Klaws li żar dar tal-anzjani fil-Belġju seta’ infetta 75 persuna

The Sun

Żjara ta’ San Klaws f’dar tal-anzjani fil-Belġju jista’ jkun li kkawżat infezzjoni tal-coronavirus ta’ 75 persuna u persuna li tilfet ħajjitha.

Id-dar tal-anzjani li tinsab fir-reġjun ta’ Flanders qalet li żbaljat meta tat permess biex din il-persuna liebsa ta’ Santa Klaws iżżur din id-dar.

Ġie spjegat li trid issir riċerka xjentifika biex jiġi identifikat jekk it-tixrid ta’ dan il-virus f’din id-dar kienx minħabba din iż-żjara. S’issa rriżultaw pożittivi 61 resident u 14-il persuna li jaħdmu f’din id-dar.

Residenta li kienet qiegħda tirċievi kura paljattiva mietet filwaqt li residenta oħra kellha sintomi gravi u qiegħda tingħata l-ossiġnu f’din id-dar.

Il-persuna li libset ta’ Santa Klaws huwa t-tifel ta’ wieħed mir-residenti. Huwa ttestja pożittiv wara li għamel din iż-żjara. Qabel din iż-żjara hkien uwa ma kienx qed iħossu ma jiflaħx.

Ġie spjegat li din il-persuna liebsa ta’ Santa Klaws ma żaritx il-kmamar ta’ kull resident u marret biss fiż-żoni komuni.  Komplew li Santa Klaws żamm id-distanza minn mar-residenti u ma damx iktar minn ftit minuti kif ukoll ma qassam l-ebda rigal.