Santa Klaws kontra l-pustiera

Ritratt: The FotoGrafer (Fgura)

Illum f’12.15pm Angie Laus se tippreżenta edizzjoni oħra tal-programm Ħadd Għalik fejn illum se naraw kompetituri lebsin ta’ Santa Klaws jilgħabu kontra l-pustiera.

It-tim ta’ Santa Klaws hu magħmul minn dawn il-parteċipanti:

Ritratt: The FotoGrafer (Fgura)

Chris Bianco beda ma’ ħuħ f’ħanut tal-istationary u wara ftit iddeċidew li jagħmlu dan is-servizz għal żmien il-Milied lit-tfal.

Fir-raħal ta’ fejn Ryan Pellicano kien joqgħod kien hemm ħafna tfal bi problemi soċjali u dak iż-żmien kien fi grupp ta’ żgħażagħ u ddeċidew li jiġbru xi flus biex jibdew jixtru rigali lit-tfal.

Cleavon Formosa u l-kollegi tiegħu fuq il-post tax-xogħol darba minnhom iddeċidew li fil-Milied jibdew iċemplu 4 istituti u jtuwhom ismijiet tat-tfal u ta’ x’jixtiequ. Imbagħad kien idur in-nies tax-xogħol u kulħadd jixtri xi ħaġa lil xi tifel jew tifla imbagħad jilbsu u jmorru bihom.

Joseph Scicluna u martu għandhom kumpanija tal-animation u l-mara tiegħu dejjem kienet tgħidlu li mhux sew kollha kemm huma l-kumpanija kollha jilbsu l-kostumi u hu le. Qaltlu li peress li hu qawwi jmissu jibda’ jilbes ta’ Fr. Christmas!

Ritratt: The FotoGrafer (Fgura)

U dawn huma l-pustiera:

Liza Burnell: Għalkemm ikun hemm ħafna nies igergru meta jkollhom il-karti mxarrbin ikun hemm min bil-kontra meta tkun ix-xita jgħidulhom biex jidħlu għall-kafé u fil-Milied jagħtuhom iċ-ċikkulatini jew xi rigali jew ġieli anki jagħtuhom xi ħaġa tal-ikel jew xi umbrella biex jistkennu.

Kirsten Portelli: Id-differenza ta’ miż-żmien li daħal għal-lum kienet li qabel kien ikun hemm iktar ittri u ma kienx ikun hemm wisq pakketti. Illum in-nies jordnaw ħafna pakketti u m’għadhomx jibagħtu kartolini daqs kemm kienu qabel.

Steve Abela: Ilu jaħdem il-posta 23 sena! Beda bħala pustier għamel 9 snin sħaħ iqassam l-ittri lin-nies. Imbagħad beda jbiddel ftit minn kollox li għandu x’jaqsam mal-posta u dawn l-aħħar 4 snin qiegħed supervisor fuq il-pustiera. L-iktar li jiftakar meta kien imur iħabbat il-bieb ta xi ħadd u joħrog xi ħadd bix-xugaman għax ikun għadu ħiereġ minn ġol-banju u dak il-hin jinkiser!          

Tracy Caruana: Fuq ix-xogħol titlef ħafna l-mowbajl, sakemm tkun qed tqassam l-ittri jew tpoġġi ‘l mowbajl fuq it-tarġa jew fuq xi ċint u tispiċċa tħallih hemm. Kull darba li titlef il-mowbajl terġa’ ssibu! Qatt ma tilfitu u baqgħet ma sabitux.

Ritratt: The FotoGrafer (Fgura)

U int, ma min se żżomm?