Sant: L-Ewropa trid tagħti aktar piż lir-realtajiet nazzjonali ta’ kull stat membru

Il-Kap tad-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew, Alfred Sant qal li l-Unjoni Ewropea trid tagħti aktar piż lir-realtajiet nazzjonali ta’ kull stat membru u mhux tipprova ssolvi kollox b’sistema ta’ one-size-fits-all.
Waqt li kien qed jindirizza l-Parlament Ewropew fid-dibattitu dwar is-Survey tat-Tkabbir Annwali tas-sena 2016, Alfred Sant qal li l-UE għandha bżonn programmi vijabbli li verament jagħmlu tajjeb għad-diverġenzi ekonomiċi li qed jikbru bejn ir-reġjuni ċentrali u dawk fil-periferija tal-Ewropa.
Saħaq li filwaqt li l-UE, trid tikkonsidra r-realtajiet nazzjonali u jiġu evitati soluzzjonijiet li huma l-istess għal kulħadd, trid tistaqsi diversi mistoqsijiet, fosthom kif programm jaffettwa direttament liċ-ċittadini, liema ċittadini, b'liema mod u meta.
Sant se jkun rapporteur fit-tieni rapport dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż.