Sant jitlob lil KE tinvestiga r-regoli dwar il-bagalji ta’ Ryanair

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant staqsa lill-Kummissjoni Ewropea jekk għandiex pjanijiet biex issegwi l-investigazzjonijiet li qed isiru mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni Taljana dwar ir-regoli l-ġodda tal-bagalji mil-linja tal-ajru Ryanair.

L-Awtorità Taljana fetħet investigazzjoni f’Settembru dwar ir-regoli li implimentat il-linja tal-ajru Ryanair, dak li jżommu l-flus lill-passiġġieri li jġorru hand luggage. B’din ir-regola, il-konsumatur se jkollu jħallas għal hand luggage ta’ 10kg. L-istess Awtorità qed takkuża lir- Ryanair li l-prattiċi kummerċjali li qed jintużaw, ma jagħtux stamġa ċara tal-prezz finali tal-biljett. B’hekk dan ma jħallix lok biex isir paragun korrett mal-prezzijiet ta’ linji oħra tal-ajru.