Sant jastjeni fuq il-vot dwar il-mobbiltà militari fl-UE

Alfred Sant Libja UE

Il-Membru Ewro Parlamentari Alfred Sant astjena fuq il-vot ta’ rapport dwar il-mobbiltà militari tal-Unjoni Ewropea. Hu qal li dan il-pjan ma jqisx il-pożizzjoni tal-istati membri ‘newtrali’ tal-Unjoni Ewropea.

Fl-Unjoni Ewropea kien preżentat pjan ta’ azzjoni dwar il-mobbiltà militari tal-Unjoni Ewropea  mill-President tal-Kummisjoni Ewropea Jean Claud Juncker f’Marzu li għadda. L-għan kien għal ħidma fuq livell Ewropew biex ikun żgurat li n-networks tat-toroq u tal-ferroviji jkunu addattai għal-trasport militari, u biex ikunu ssimplifikati liġijiet nazzjonali għall-movimenti ta’ truppi ta’ vetturi militari fil-kontinent Ewropew f’każ ta’ kriżi.

Sant qal li hemm riskju li ma jintlaħaqx qbil dwar dan il-pjan u għalhekk tenna li tista’ tinħoloq sitwazzjoni fejn ikun impossibbli li stati membri jilħqu qbil fil-qasam tad-difiża u b’hekk is-sitwazzjoni tkun aktar perikoluża minn nuqqas ta’ qbil fil-politika monetarja.

Ir-rapport kien approvat b’437 vot. Kien hemm ukoll 155 vot kontra u 63 astensjoni.