​Sant jaqbeż għall-Arċisqof u għal Jason Micallef

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant qal li dawk li jridu jneħħu lil Jason Micallef u lill-Arċisqof Charles Scicluna minn posthom, għadhom ftit lura mit-tgawdija tal-benna tal-valuri Ewropej.
Dr Sant kien qed jikkummenta fuq is-sejħiet li qed isiru biex Jason Micallef jirreżenja minn Chairman ta’ Valletta 18, wara kummenti li għamel dwar Daphne Caruana Galizia.
Alfred Sant qal li ma fehem xejn mill-għaġeb li għamlu dawk li kkritikaw lil Micallef, għax fi kliemu dan ma qal xejn ta’ barra minn hawn.
L-Ewroparlamentari insista li mkien Micallef ma resaq qrib il-mudell ta’ Caruana Galizia, fil-mod kif tesprimi ruħek b’mod li sejjaħ “qawwi”.
Sant temm jgħid li jekk l-ilment hu li Micallef għandu funzjoni pubblika u jmissu joqgħod attent x’jgħid, fi kliemu l-istess ħaġa jew iktar tgħodd għall-Arċisqof, li ma joqgħodx lura milli jgħid tiegħu.