Sanremo 2020 f’idejn Amadeus

Ritratt: RAI

Id-direzzjoni artistika u l-preżentazzjoni tas-70 edizzjoni tal-festival ta’ Sanremo se tkun f’idejn Amadeus.

Bħas-soltu, l-festival se jittella’ fit-Teatru Ariston u se jkun mifrux fuq ħames serati. Minħabba li l-edizzjoni li jmiss se timmarka s-70 sena li dan il-festival ilu jsir, qed jingħad li se jkun wieħed ikbar mis-soltu.

Għalkemm ma hemmx wisq dettalji, qed tissemma’ l-possibilità li f’kull serata, il-preżentatur ta’ I Soliti Ignoti, se jkollu miegħu biex jippreżenta f’kull serata, personalitajiet li naqqxu isimhom fl-istorja ta’ dan il-festival prestiġġjuż.

Fl-aħħar xhur kienu qed jissemmew ismijiet bħal Fiorello u Alessandro Cattelan bħala preżentaturi iżda fl-aħħar sigħat, l-istazzjon nazzjonali Taljan, RAI, ħabbar b’mod uffiċjali lil Amadeus bħala l-preżentatur li jmiss ta’ Sanremo.