Sane l-iktar plejer veloċi fil-Premier League Ingliż

L-istilla ta’ Manchester City Leroy Sane huwa kkunsidrat bħala l-iktar plejer veloċi tal-Premier League Ingliż s’issa.
Il-winger Ġermaniż ġie kkalkulat illi jiġri 35.48 kilometru fis-siegħa sabiex kiser ir-rekord ta’ qabel li kien okkupat minn Jamie Vardy ta’ Leicester.
Sane ġie akkwistat minn Manchester City fis-sena 2016 mingħand Schalke għas-somma ta’ 37 miljun lira sterlina u qed jibda sa mill-bidu fl-ewwel ħdax ta’ Pep Guardiola hekk kif ukoll skorja tliet gowls f’seba’ logħbiet filwaqt illi darbtejn witta t-triq lill-kollegi tiegħu għall-gowl.