Sandro ta’ Juve mar il-Brażil minħabba l-mewt ta’ missieru

Juventus għandhom nuqqas ta’ difensuri għal-logħba kontra SPAL li se tintlagħab fi tmiem il-ġimgħa. Dan ġara minħabba li Alex Sandro kellu jmur lejn il-Brażil minħabba affarijiet personali.

Juve diġà kellhom problemi kbar minħabba kriżi ta’ injuries. Minħabba dan Mattia De Sciglio, Danilo, Douglas Costa, Marko Pjaca u Giorgio Chiellini mhux f’pożizzjoni li jilagħbu. Alex Sandro issa ingħata l-permess li jmur lura pajjiżu minħabba l-mewt traġiku ta’  missieru.

S’issa kellu jilgħab Juan Cuadrado bħala difensur fuq in-naħa tal-lemin biex jimla l-vojt. Iżda issa jaf lanqas dan ma se jkun biżżejjed biex Juve jżonnu d-difiża soda.

Riżultati Serie A:

Roma 0-2 Atalanta

Fiorentina 2-1 Sampdoria

Genoa 0-0 Bologna

Inter 1-0 Lazio

Parma 1-0 Sassuolo

Napoli 0-1 Cagliari

SPAL 1-3 Lecce