Sandro Ferrone jiċċelebraw il-5 anniversarju f’Malta

Fl-okkażjoni tal-5 anniversarju mill-ftuħ tal-ewwel stabbiliment Sandro Ferrone f’Malta, Framco Ltd, il-franchise lokali tal-marka, iċċelebraw dan is-suċċess b’riċeviment fl-istess ħanut f’Ta’ Sliema.
Sandro Ferrone, bi ħwejjeġ Taljani għan-nisa, b’sens ta’ kburija tgħid li jirnexxielha żżomm prezzijiet affordabbli waqt li iktar minn 90% tal-manifattura tal-prodott baqgħet fl-Italja.
Il-marka Sandro Ferrone hi preżenti wkoll f’Għawdex permezz ta’ stabbiliment fl-Arkadia.
Framco Ltd topera stabbiliment f’Bologna, l-Italja qrib il-famuża Piazza Maggiore.  Dan minbarra ħwienet oħra.
Fl-istabbilimenti f’Malta jasal b’mod regolari stokk ġdid ta’ ħwejjeġ.