Craus jgħid li ma jiftakarx jekk kienx Schembri li qabbdu jċempel lil Melvin Theuma

Sandro Craus
Photo by: Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Kap tat-Taqsima tal-Customer Care Unit tal-Gvern Sandro Craus u l-Editor-in-Chief ta’ Newsbook.com.mt Sylvana Debono, illum waranofsinhar xehdu quddiem il-bord ta’ inkjesta dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-bord tal-inkjesta għandu jiddetermina jekk l-Istat falliex milli jipproteġi lill-ġurnalista milli tinqatel.

15:08 Dak kien kollox għal-lum. Grazzi talli segwejtuna.
Amy Borg
15:06 L-Ispettur Keith Arnaud mistenni jixhed għada u jekk il-marexalli tal-qorti jsibu lill-Konrad Mizzi dan mistenni jixhed quddiem il-bord.
Amy Borg
15:06 Sylvana Debono tinżel mill-pedina tax-xhud.
Amy Borg
15:04 Dr Azzopardi: "L-IĠM tqlab lill-gvern għall-protezzjoni kontra l-iSlapp?"

Debono : "Il-Ministru Zammit Lewis qalilna li hemm il-Liġi tal-UE li tipproteġina"

Dr Azzopardi: "Fil-verità intom protetti?"

Debono: "Ma nafx id-dettalji eżatti"
Amy Borg
15:01 Dr Jason Azzopardi jistaqsi dwar l-effetti tal-iSlapp fuq il-ġurnalisti u l-media houses.

Debono tispjega li l-effett ikun wieħed li jkisser lil dak li jkun.
Amy Borg
14:56 Tkompli tispjega lill-bord li l-IĠM iltaqa' mal-gvern dwar l-azzjonijiet dwar l-iSLAPP u li l-istitut jixtieq li ssir xi ħaġa dwarhom.

Tispjega kif matul il-kumpilazzjoni ta' evidenza Turab Musayev issemma imma permezz tal-avukati tiegħu il-kmamar tal-aħbarijiet ġew infurmati li lest jieħu passi legali.
Amy Borg
14:51 Debono tiġi mistqosija dwar ir-reklami mill-gvern.

Jidħol fl-awla l-avukat Charles Mercieca.
Amy Borg
14:48 Media houses jirċievu wkoll flus minn reklami tal-gvern.

"L-ikbar theddida għall-mezzi tax-xandir hu r-reklamar," issotni Sylvana Debono.
Amy Borg
14:45 Il-bord jistaqsi dwar finanzjament lill-media houses.

Debono tispjega kif minħabba l-pandemija hemm fond iddedikat għall-media. Dawk li applikaw jieħdu l-fondi u ssir distinzjoni bejn media online, TV u radju.

Il-bord jinnota kif il-fondi m'għandhomx jiġu mqassma hekk.
Amy Borg
14:45 Tgħid li wara l-qtil jinħass aktar is-sens ta' komunità.
Amy Borg
14:43 "Li għamlet Daphne Caruana Galizia hu uniku fis-sens li hi għamlet investigazzjonijiet mingħajr is-sostenn ta' xi istituzzjoni," Debono tgħid lill-bord.
Amy Borg
14:41 Il-bord jistaqsi lil Debono jekk ġieli kienx hemm ġurnalisti li rrapurtaw li ġew mhedda. Hi tgħid li iva kien hemm ġurnalisti u rrapportaw il-każ lill-Pulizija li investigat imma l-aggressur ried jagħmel apoloġija.
Amy Borg
14:41 Tgħid wkoll li s'issa taħt din l-amministrazzjoni mistoqsiiet lill-OPM jiġu imwieġba.
Amy Borg
14:39 Mistoqsija dwar diskriminazzjoni bejn kmamar tal-aħbarijiet, Debono ssemmi l-każ meta Joseph Muscat bħala Prim Ministru ta kumment lill-erba' ġurnalisti u Newsbook.com.mt ġie eskluż.
Amy Borg
14:38 Mistoqsija minn fejn jakkwista l-fondi l-IĠM, Debono tgħid minn donazzjonijiet. Isemmi kif sas-sena li għaddiet l-IĠM kien jirċievi fondi minn Tumas Foundation.
Amy Borg
14:36 Sylvana Debono tispjega kif dak li għandha f'moħħha bħala President tal-IĠM hu bbażat fuq il-mudell Ofcom li hu regolatur u awtorità dwar il-kompetizzjoni fil-qasam tal-komunikazzjoni fir-Renju Unit.
Amy Borg
14:35 Tissuġġerixxi li jkun hemm Kummissarju għall-etika ġurnalistika. Preżentament hemm kumitat ta' etika fi ħdan l-IĠM.
Amy Borg
14:34 Il-bord jistaqsi dwar rakkomandazzjoni tal-kummissjoni Venezja dwar l-aċċess għall-informazzjoni.

Debono tgħid li se jkunu qed jaħdmu fuqha għaliex il-The Media and Defamation Act mhix biżżejjed.
Amy Borg
14:33 Tispjega li tant jieħdu fit-tul li storja ma tibqax relevanti.
Amy Borg
14:32 L-imħallef Mallia jistaqsi: Issibu koperazzjoni minn korporazzjonijiet pubbliċi?

Debono tgħid li l-akbar uġigħ ta' ras huma talbiet għall-informazzjoni taħt il-Freedom of Information – FOIs.
Amy Borg
14:31 Hi tgħid li hemm ġurnalisti li jirrifjutaw li jirrappurtaw ċertu stejjer.
Amy Borg
14:30 Sylvana Debono issemmi każ fejn kienet irċiviet telefonata min 'low-grade government employee' wara li kienet irrapurtat PQ partikolari u ġiet anke mhedda bil-fondi.
Amy Borg
14:28 Isemmi kif l-IĠM kellu laqgħa mal-Prim Ministru Abela, mal-Ministru tal-Ġustizzja u mal-Ministru Carmelo Abela dwar id-diffikultajiet li jaffaċċjaw il-ġurnalisti.
Amy Borg
14:27 L-imħallef Lofaro: "X'jista' jagħmel l-IĠM biex jipprevjeni qtil ieħor?"

Debono tgħid li l-IĠM m'għandux riżorsi biex jipprevjeni dan. Tkompli tgħid "Lanqas il-Pulizija ma rnexxielhom."
Amy Borg
14:27 Tispjega li l-ħsieb hu li l-IĠM jinbidel fi trade union.
Amy Borg
14:26 Mistoqsija mill-Imħallef Lofaro jekk l-IĠM jistax joffri protezzjoni lill-ġurnalisti, Debono tgħid li l-unika istituzzjoni li tista' tagħmel dan hi l-Pulizija.
Amy Borg
14:25 Ilha tokkupa din il-kariga għal dawn l-aħħar 4 snin. Debono hi wkoll il-President tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin.
Amy Borg
14:22 L-editor in Chief ta' Newsbook.com.mt Sylvana Debono titla' biex tixhed.
Amy Borg
14:21 Corinne Vella titla' biex tixhed u tpoġġi xi dokumenti dwar dak li kien xehed l-eks Ministru Chris Cardona.
Amy Borg
14:19 Dr Azzopardi jistaqsi jekk jiftakarx jagħmel like fuq il-post ta' Neville Gafà li kienet tgħid "Min qed jaħbi l-laptop ta' Caruana Galizia?"

Craus: "Ma naħsibx li għandi nirrispondi"

L-imġallef Lofaro: " Nieħdu t-tweġiba ta li hi."
Amy Borg
14:17 Dr Azzopardi: "Taf għalxiex kienet tirreferi "where is the laptop campaign?

Craus: Iva imma inti wkoll bħala persuna fil-politika tifhem meta xi ħadd ipoġġi 'like' fuq post.

Dr Attard: "Qed nillimitaw id-dritt tal-espressjoni?"
Amy Borg
14:16 Dwar il-possibiltà ta' elezzjoni ġenerali Craus qal "Iċ-ċaqiqa tal-elezzjoni, nies bdew ġejjin bl-addoċċ, bdew jitolbu lill-gvern, taf kemm qed isiru protesti!"
Amy Borg
14:14 Teskludi li Keith Schembri qallek biex iċċempel lil Melvin Theuma? jistaqsi l-avukat Azzopardi.

Ma niftakarx qal Craus filwaqt li qal li jekk ic-Chief of Staff jgħidlek tagħmel xi ħaġa trid tagħmilha.
Amy Borg
14:13 Mistoqsi jekk kitibx post fuq Facebook biex jikkundanna l-qtil, Craus jgħid li le.
Amy Borg
14:12 Mistoqsi mill-avukat Jason Azzopardi dwar l-atmosfera li kien hemm Kastilja meta nqatlet Daphne Caruana Galizia, Craus jgħid li kulħadd kien inkwetat u xxukjat.
Amy Borg
14:11 "Ninkwieta fuq ir-reputazzjoni tiegħi u għalhekk fittixt għajnuna legali. Hemm numru ta' inkjesti dwar dan il-każ. Ma ħadtx passi kontra Theuma minħabba f'hekk," jgħid ix-xhud.
Amy Borg
14:08 L-imħallef Mallia jirrimarka kif dan hu każ speċjali.

"Sar speċjali issa. Qed nitkellmu fuq tliet snin ilu meta Theuma kien sempliċi isem," qal Craus.

"Jien naf min kien, kellu proċeduri quddiemi," tgħid l-imħallef Lofaro.
Amy Borg
14:07 Lofaro taqra mix-xiehda ta' Theuma.
Amy Borg
14:04 L-imħallef Lofaro tistaqsi: "Taf li Theuma xehed li rċieva telefonata mingħandek? Theuma kien qed jigdeb taħt ġurament?"

Craus: "Iva naf li qal hekk"

Imħallef Lofaro: "Allura qed jigdeb? Inti ċempiltlu?"

Craus: " Ma nafx, inċempel ħafna persuni."

Imħallef Lofaro: " Jew tiċħad jew ma tafx. Agħżel."

Craus: "Ma niftakarx"
Amy Borg
14:00 Ix-xogħol fantażma ta' Melvin Theuma:

Craus jgħid li mhux jiġi investigat dwar dan. L-avukat tiegħu tiggwidah biex iwieġeb għall-mistoqsijiet dwar dan ix-xogħol fantażma.

Hu jgħid li ma kienx jafu lil Melvin Theuma filwaqt li jgħid li kien wieħed mill-ħafna li kien jiġi għal xi xogħol.

Craus jgħid li qed jiġi 'allegat' li ħadt ritratt flimkien.
Amy Borg
13:57 L-imħallef tinnota kif ix-xhud qed jgħid li ma kien jaf xejn imma dawn il-posts igiddbuh.

"Jien miniex hawn biex nigdeb," qal Craus.

"F'idejk" tgħid l-imħallef Lofaro.

"Jiġifieri issa jien irrid nassumi li inti nsejt mhux gdibt taħt ġurament," sostniet Lofaro.
Amy Borg
13:55 L-avukat ta' Craus tintervjeni u titlob lill-bord kopja ta' dawn il-Facebook posts.

L-imħallef Lofaro tgħid lill-avukat Attard li l-bord qed jaqralu minn dawn il-posts tiegħu stess.

L-avukat ta' Craus tgħid li dawk il-kitbiet tħassru

Il-bord ma jaqbilx u jgħid li mir-riċerka li għamlu dawn il-posts għadhom hemm.
Amy Borg
13:52 L-imħallef Lofaro tistaqsi lix-xhud dwar "Where is the laptop? campaign.

Craus jgħid li ma jiftakarx.

"Qed nitkellmu dwar snin ilu" – jgħid Craus.

"Kemm għandek żmien? tistaqsi l-Imħallef Lofaro

Craus: "50"

L-imħallef Lofaro: "50 u diġà tinsa daqshekk?"
Amy Borg
13:51 Facebook post oħra li l-imħallef Lofaro qed tirreferi għaliha hi din: https://daphnecaruanagalizia.com/2017/04/prime-ministers-personal-secretary-wants-government-grind-halt-stop-reporting-i-know/
Amy Borg
13:51 Jgħid wkoll li qatt ma ra lil Yorgen Feech, Kastilja.
Amy Borg
13:50 Mistoqsi jekk jafx lil Yorgen Fenech, Craus jgħid li ma jafux.
Amy Borg
13:49 L-imħallef Lofaro tgħid li f'dik il-post jidher biċ-ċar li kien qed jgħaddi biż-żmien lil Daphne Caruana Galizia.
Amy Borg
13:47 L-imħallef Mallia: "Fejn sirt taf li kienet se ssir ħidma biex jiġu arrestati l-hitmen fl-assassinju f'Diċembru tal-2017? Dan meta r-rejd kien għadu ma tlesthiex.

Craus: "Ma niftakarx li ktibt xi ħaġa hekk"

L-imħallef Mallia qed jaqra dak li kiteb Craus dwar ir-rejd.

Craus jistaqsi minn fejn qed jaqra l-imħallef

Il-bord jirreferi għal din il-post: https://www.facebook.com/acraus/posts/10215009821029176
Amy Borg
13:45 L-imħallef Mallia: "Ġieli smajt bil-"Where is the laptop campaign?"

Craus: "Le"

L-imħallef Lofaro: "Ma nsegwix politika u anke jien smajt biha"

Craus: "Le"
Amy Borg
13:43 Il-bord jgħid li jaraha stramba li ma tkellimx dwar il-Panama Papers.

L-imħallef Lofaro taqra numru ta' posts li għandu x-xhud fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook.
Amy Borg
13:26 Mistoqsi dwar posts fil-konfront ta' Caruana Galizia, Craus qal li jiddispjaċih u li kien neħħihom wara xi jiem.
Amy Borg
13:24 "Ġieli qrajt il-blog ta' Bedingfield jew il-Facebook posts ta' Neville Gafà?" staqsa l-bord.

Craus iwieġeb: "Le. Narahom imma qatt ma interessawni. Aktar kont interessat biex nara li qed naqdi lin-nies."
Amy Borg
13:22 Mistqosi dwar il-Panama Papers li kixfet Daphne Caruana Galizia, ix-xhud jgħid li iva ddiskutihom mal-istaff tiegħu. "Kienet kwistjoni nazzjonali," qal Sandro Craus.

Jgħid wkoll li ma kienx iddiskuta l-Panama Papers ma' Schembri, Muscat u Bedingfield.
Amy Borg
13:20 Jgħid lill-bord li ma kienx jaqra l-artikli ta' Daphne Caruana Galizia.

"Ma tantx kelli ċans naqra l-artikli tagħha. Nibda xogħol fit-8 am u nitlaq mill-uffiċċju xi 9pm jew 10pm," spjega Craus.
Amy Borg
13:18 "Jien kont kandidat," jgħid lill-bord meta kien mistoqsi jekk kienx jaf lil Keith Schembri qabel l-2013.
Amy Borg
13:17 Rari kien jikkuntatja lil Keith Schembri fuq dawn il-kwistjonijiet, qal Sandro Craus.
Amy Borg
13:16 "Normalment niltaqa' man-nies li l-Prim Ministru ma jkollux ċans għalihom. Normalment nies bi problemi ta' akkomodazzjoni soċjali, ta' impjieg, transfers u problemi bil-benefiċċji soċjali," qal ix-xhud.
Amy Borg
13:13 Jgħid li ġie appuntat bħala kap tat-taqsima tal-customer care fl-2014. Fl-2013 kien impjegat fis-segretarjat tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Amy Borg
13:13 Craus jitla' fuq il-pedina tax-xhieda.
Amy Borg
13:12 Sandro Craus għandu l-avukat Ramona Attard biex tassistih.
Amy Borg
13:11 Il-waranofsinhar it-tajjeb. Ninsabu live mill-awla numru 20.
Amy Borg