Sandra x’se tgħidlu lil Saviour?

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa Sandra tiltaqa’ ma’ Saviour. X’se tgħidlu li kienet lesta li tagħmel? X’karti se tqatta’ u Saviour x’se jgħidilha?

Etienne ikellem fit-tul lil xi ħadd fuq il-mobajl. Min kien? Dwar xiex tkellmu?

Manwel imur għand Etienne. Għaliex Etienne heddu u x’reazzjoni kellu Manwel? Karl x’se jgħidilha lil Brenda? U għaliex se titlaq il-barra f’salt?

Ħbeib u Għedewwa għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind. Jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq Melita More, Cable Channel 315.