Sandra x’se ssir taf dwar iċ-ċavetta li sabet?

Karen Magro bħala Sandra

Fil-puntata tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa se naraw Frank x’se jkun qed jgħidilha lil Sandra dwar iċ-ċavetta li kienet sabet.

Elizabeth tiftaħ qalbha dwar dak li kienet sabet miktub fuq il-pitazz ta’ ommha. X’se tgħidilha u x’konkluzzjoni se tasal għaliha Elizabeth?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fl-3.45pm fuq Melita More. Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.