Sandra kif marret fuq ix-xogħol?

Fl-episodju tal-lum ta’ Ħbieb u Għedewwa John u Jamie jiddiskutu l-offerti li kellhom. Tgħid jaslu għal xi deċiżjoni? Saviour imur ikellem lill-Avukat Manwel Laferla. Għaliex kien irrabjat ħafna għalih? Lil min se jċempel?

Adam isajjar għall-familja. Sandra tasal lura mix-xogħol. Kif marret? X’se jiġri xħin Saviour jasal id-dar?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315, illum it-Tlieta fl-3.45pm.

Is-sensiela għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, bi produzzjoni ta’ Rewind.