​Sancho jiddebutta ma’ Borussia Dortmund

Il-plejer żagħżugħ ta’ 17-il sena Jadon Sancho kiteb l-istorja personali fil-karriera diġà brillanti tiegħu hekk kif daħal jilgħab għal Borussia Dortmund fil-logħba li kellhom it-tim bi flokk isfar kontra Eintracht Frankfurt. 
Din kienet l-ewwel dehra tiegħu mat-tim Ġermaniż minn meta ngħaqad magħhom minn ma’ Manchester City.
Sancho huwa meqjus bħala l-istilla futura tat-Three Lions hekk kif għadu kemm mexxa lill-Ingliżi waqt il-Kampjonat Ewropew ta’ taħt is-17-il sena u ġie inkluż anke fl-iskwadra waqt it-Tazza tad-Dinja li saret fl-Indja.
Sancho dahal jilghab fl-84 minuta b’Borussia illi setgħu jiġu biss fi draw ta’ 2-2. Bħalissa huma jinsabu jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika flimkien ma’ Bayern Munich.