Sanchez jiġriha 8 kilometri biex imur għat-taħriġ

Is-sit sportiv goal.com indaga sew fil-passat tal-attakkant ta’ Manchester United Alexis Sanchez u żvela b’mod esklussiv illi meta kien għadu plejer ta’ Udinese għamel praspura kbira meta sakkar iċ-ċwievet fil-karozza tiegħu.
Meta ra li ma seta’ jagħmel xejn u li ried ikun fil-ħin għat-trejning mal-Friulani ma ħasibhiex darbtejn u għamel tmien kilometri bil-ġiri sa ma wasal fiċ-ċentru tat-taħriġ.
Il-plejer Ċilen beda jilgħab barra minn pajjiżu ma’ Udinese fl-eta’ ta’ sbatax-il sena fejn spikka mhux ftit fil-wirjiet tiegħu.
Eventwalment huwa kompla l-karriera tiegħu ma’ Barcelona, Arsenal sa ma ngħaqad ma’ Manchester United ftit tal-ġimgħat ilu.