Sanchez fuq loan għal ma’ Inter

Manchester United irnexxielhom jiftehmu ma’ Inter Milan biex jibgħatu lil Alexis Sanchez fuq loan ta’ sena. Jidher iżda li United xorta waħda jridu jħallsu aktar min-nofs il-paga ta’ Sanchez. Sanchez mistenni jasal għand Inter Milan illum biex ikun jista’ jiffinalizza l-ftehim.

Hu se jkun qed jittrenja ma’ Inter sa Ġunju tal-2020. Sanchez li għandhu 30 sena jaqla’ madwar €555,960 fil-ġimgħa. Għalkemm se jkun qed jimxi ma’ Inter, United se jkunu qed iħallsu madwar 60% ta’ dak l-ammont.

Solskjaer għandu nuqqas ta’ attakkanti u riċentament kemm Rashford kif ukoll Pogba naqsu milli jiskurjaw penalty. Għalkemm m’għandux wisq minn fejn jagħżel, Solskjaer kien qal li Sanchez jista’ jingħaqad ma’ Inter biss jekk tasal offerta xierqa. Jidher li issa dan il-mument wasal.