Sanches jitħalla barra mill-iskwadra preliminari tal-Portugal

Il-plejer ta’ 20 sena Renato Sanches ma ntgħażilx biex ikun parti mill-iskwadra preliminari li eventwalment se tirrapreżenta lill-Portugal fl-edizzjoni li jmiss tat-Tazza tad-Dinja.
Il-midfielder qatta’ l-istaġun l-għadda ma’ Swansea b’self mingħand Bayern Munich iżda l-livell tal-prestazzjonijiet tiegħu kien ferm ‘il bogħod minn dawk li wasluh biex ikun magħżul bħala l-aqwa plejer żagħżugħ fl-Ewro 2016.
Żewġt isjuf ilu Sanches issieħeb ma’ Bayern Munich għas-somma ta’ €35 miljun iżda ma rnexxilux ikun konsistenti fil-wirjiet tiegħu u wara biss staġun sab ruħu mat-tim minn Wales.
It-tim nazzjonali Portugiż, immexxi minn Fernando Santos, jinsab fi Grupp B li jinkludi wkoll lil Spanja, Marokk u Iran u bħala parti mit-taħriġ tagħhom se jilagħbu partiti ta’ ħbiberija kontra t-Tuneżija, il-Belġju u l-Alġerija.