San Vinċenz: Bdew ix-xogħlijiet qabel l-iffirmar tal-kuntratt – PD

Archives

Skont il-Partit Demokratiku, ix-xogħolijiet fuq kċina ġdida ġewwa San Vinċenz de Paule bdew qabel ma ġie ffirmat il-kuntratt, u l-kċina ġiet inawgurata mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani qabel ma spiċċaw ix-xogħolijiet.

Il-Membri Parlamentari tal-PD kitbu ittra indirizzata lill-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna, jitolbuh jippublika l-kuntratt u jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-PD qal li hu mħasseb dwar il-kuntratt partikolarment il-klawżola addizzjonali bit-talba tar-“rigal” li qal li ma tonorax il-proċeduri tal-akkwisti. L-awtorità tal-kuntratti nnegozjat mal-offerent rebbieħ u biddel il-Kuntratt Pubbliku b’aktar minn 50%.

Il-PD qal li l-prinċipju ta’ trattament ugwali fl-għoti ta’ kuntratti jirrikjedi trasparenza f’isem l-interess pubbliku u l-ġid komuni.