San Pawl il-Baħar: Il-PN jgħid li l-kunsilliera Laburisti ħarbtu laqgħa tal-Kunsill Lokali

Il-Partit Nazzjonalista qal li kien hemm xi kunsillieri Laburisti fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar gerfxu laqgħa tal-Kunsill biex ma jinħatarx sindku ġdid u jieqaf ix-xogħol għar-residenti.
Qal li dawn il-kunsillieri b’hekk ma rrispettawx deċiżjoni tal-Qorti, li kienet laqgħet proviżorjament mandat imressaq mill-PN.
Id-deċiżjoni tal-Qorti kienet tgħid li l-Kunsillieri Laburisti ma' setgħux jaqbdu u jeleġġu sindku minn fosthom iżda għal kellu jiġi maħtur sindku minn fost il-kunsillieri eletti fl-2015 f'isem il-PN.
Dan għaliex il-PN f'dik l-elezzjoni kien rebaħ il-maġġoranza.
Fil-laqgħa li l-partit qed isemmi, qal li l-kunsilliera Laburisti telqu ’l barra u għalhekk weħħlu l-ħidma tal-kunsill.
Il-PN innota wkoll li l-Aġent Segretarju Eżekuttiv Elke Sghendo, ippreġudikat il-pozizzjoni tagħha meta hi wkoll sfidat id-direttiva tal-Ministru għall-Gvern Lokali, Owen Bonnici, meta talabha timxi mal-liġi u mad-deċiżjoni tal-Qorti.
Riċentement il-qagħda f'dan il-Kunsill Lokali ħżienet sewwa, wara serje ta' riżenji Nazzjonalisti minħabba diżgwidi mal-eks-Sindku Graziella Galea.