San Pawl il-Baħar għadu mingħajr bandli

Il-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar ilha tliet snin ma jkollha bandli. Minkejja li hemm bandli f’postijiet oħra li jaqgħu taħt din il-lokalita’, bħal Buġibba u l-Qawra, f’San Pawl il-Baħar stess għadu ma sarx bandli.
Skont Raymond Tabone, is-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar, l-eqreb bandli huma ta’ Burmarrad u tal-parti li hija magħrufa bħala Tal-Veċċ.
Sa ftit snin ilu, f’San Pawl il-Baħar kien hemm żewġ bandli. Wieħed minn dawn kien jinsab fi Triq Parades, illum huwa abbandunat. L-istess ġara fil-bandli ta’ fejn l-iskola ta’ San Pawl il-Baħar. Dan tal-aħħar kien għadu jintuża sa tliet snin ilu.
Is-Sindku Tabone, li ilu f’din il-kariga għal dawn l-aħħar tliet xhur, qal li l-Kunsill qed jaħdem biex il-problema ta’ nuqqas ta’ bandli f’din il-lokalità tissolva.
Raymond Tabone qal li jixtieq li f’San Pawl jinfetħu bħal għadd ta’ bandli żgħar. Semma’ kif mistenni li fi żmien li ġej, il-Kunsill jaħdem fuq open air gym f’Buġibba.
Qal ukoll li dak li kien bandli fi Triq Parades mistenni jitranġa għal xi ħaġa temporanja. Għal bandli ta’ fejn l-iskola, il-Kunsill għadu qed jistenna li jinħareġ tender.