San Patrizju: Il-Kappillan ta’ San Ġiljan kuntent ħafna bil-ħidma tal-Pulizija

Il-Kappillan ta’ San Ġiljan, Dun Claude Portelli, kien kuntent ħafna bil-mod kif il-Pulizija żammew l-ordni u s-sigurtà lbieraħ waqt iċ-elebrazzjonijiet tal-festa ta’ San Patrizju.
Sentejn ilu, Newsbook.com.mt kien intervista lill-kappillan, li qal li ħassu ddiżgustat bil-kju ta’ nies li ra jistennew biex jagħmlu l-bżonnijiet tagħhom fil-parkeġġ tal-Knisja Parrokkjali.
Iżda dis-sena Dun Claude qal li m’għandu xi jgerger xejn għax kien hemm żieda qawwija ta’ uffiċjali tal-Pulizija u s-sigurtà, li ħadu ħsieb li ma jinqala’ xejn.
Semma kif f’xi ħinijiet kien hemm każijiet ta’ nies li ppruvaw jagħmlu hekk, iżda dawn inħarġu minnufih mill-Pulizija.
Qal li ż-żona kienet mgħammra b'mobile toilets apposta biex ma jerġax isir kif kien sar sentejn qabel.
Irrimarka li dalgħodu hemm in-nies li qed inaddfu l-inħawi.
Ħlief għal xi quddisiet li kellu jagħmilhom fil-parroċċa l-qadima ta’ Lapsi minħabba l-istorbju, Dun Claude temm jgħid li kollox mexa ħarir.
Ritratt: Arkivji