San Patrizju: Il-ħmieġ tal-ħafna, l-indafa tal-ftit

Ilbieraħ attendew mat-30,000 ruħ għall-festa ta' San Patrizju f'San Ġiljan, u bħas-soltu jidher li ħafna ħallew moħħhom għall-irdoss u ma ħasbux biex iħammġu mill-inqas…
…għax kien hemm ħaddieħor min kien se jagħmel dan.
B'kollox kien hemm 12-il ħaddiem minn Clean Malta – Garby and Tidy, inizzjattiva tas-Segretarjat għall-Protezzjoni tal-Konsumatur immexxi mis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista, naddfu l-inħawi u ġabuhom pupilla sa kmieni filgħodu.
Inġabru mat-8 tunnellati skart, u mir-ritrattin mtellgħin mill-paġna tal-Facebook tal-inizjattiva, kif ukoll oħrajn li tefgħu persuni fuq is-siti soċjali, wieħed jista' jara d-differenza bejn il-ħmieġ ta' xi wħud, u l-indafa ta' ħaddieħor.
Ritratti: Garby and Tidy, Risette Daccache, Kylie Cassar