San Ġorġ ta’ Ħal Qormi restawrat mill-flus taċ-ċitazzjonijiet

MHSE/MHAL

L-istatwa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi ġiet restawrata permezz ta’ fondi mill-Aġenzija tal-Infurzar Lokali (LESA).

L-aġenzija tiddedika miljun ewro fis-sena biex mill-ħlas taċ-ċitazzjonijiet isiru proġetti fil-lokalitajiet. Fi stqarrija, il-Gvern qal li dawn huma proġetti li jvarjaw minn dawk ambjentali, għal oħrajn infrastrutturali, edukattivi u ta’ restawr.

Għall-inawgurazzjoni attendew il-Ministru għall-Intern u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri u l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali José Herrera.

B’investiment ta’ €32,000 il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi wettaq restawr fuq statwa ta’ San Ġorġ, tisbiħ tal-pjazza u qed isiru wkoll xi sqaqien antiki.