San Gejtanu għal ftit ma jispiċċax mal-art!

San Gejtanu din is-sena jista' jgħoddha b'waħda għaliex għal ftit ma spiċċax mal-art. Bħalma jsir kull sena waqt id-dħul tal-vara, fost l-għajjat u l-kant tan-nies, dawk li jkunu qed jerfgħu l-istatwa jiġru biha t-taraġ taz-zuntir tal-knisja.

Mill-filmat jidher li n-nies preżenti u dawk li kienu fuq iz-zuntier ġrew għal fuq l-istatwa biex ma taqax u jippruvaw jagħtu l-għajnuna tagħhom. 

Wara l-kommozzjoni li nqalgħet l-istatwa daħlet kif suppost fost iċ-ċapċip ta' dawk preżenti.