Samuel Deguara: l-itwal Malti li qed jikseb suċċess fil-basketball Taljan

Iż-żagħżugħ Malti Samuel Deguara li għad għandu biss 21 sena qed jikseb suċċess fil-basketball Taljan. Dan hekk kif il-ġimgħa l-oħra lagħab l-ewwel minuta ta’ ħajtu fl-għola diviżjoni tal-basketball Taljan.

Samuel ilu li telaq minn Malta meta kellu 16-il sena u bħalissa qed jilgħab mat-tim ta’ Reggio Emilia.

Samuel jgħid li għalih hu unur kbir li qed jirrappreżenta lil Malta f’diviżjoni tal-basketball daqshekk prestiġġjuża.

catherine@newsbook.com.mt