Samsung twiegħed smartphone mhux tal-plastik

Wara t-tnaqqis sostanzjali ta’ 25% fil-profitti, il-kumpanija Samsung wegħdet smartphone ġdid għas-sena 2014.
Il-Viċi-President ta’ Samsung Mobile qal li l-ismartphone se jkompli jiżviluppa din is-sena, b'wieħed mill-iżviluppi jkun li ma jibqax tal-plastik.
Fl-aħħar xhur kien hemm min sostna li hemm ċans li l-kumpanija toħroġ Galaxy Alpha ta'  4.8 pulzieri, bid-dettalji mistennija jitħabbru f’Awwissu.