Salvu Grima s-sajjied li miet fiċ-Ċirkewwa

Ir-raġel li tilef ħajtu dalgħodu fiċ-Ċirkewwa meta waqa’ l-baħar waqt li kien qed jistad ġie identifikat bħala Salvu Grima, magħruf bħala “il-Palaw” mal-Karkariżi sħabu.

Fid-9.20am il-pulizija u l-ambulanzi ntalbu jmorru ċ-Ċirkewwa għax kien hemm raġel li sab ruħu f’diffikultà fil-baħar. Jidher li dan waqa’ l-baħar meta kien qed jistad. Huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Aġġornata: Sajjied jitlef ħajtu wara li jaqa’ l-baħar

Grima, li kellu 71 sena u kien minn Birkirkara, ta sehmu fil-qasam pirotekniku f’Birkirkara għal snin twal. Fuq Facebook, il-Kumitat Nar Santa Liena bagħat il-kondoljanzi tiegħu lill-qraba ta’ Salvu u temm jgħidlu li Santa Liena issa se tilqgħu fi ħdanha.

Il-Kumitat juri is-Sobgha tieghu filwaqt li jibghat il-kondoljanzi lil familjari ta' Salvu Grima (il-Palaw) li mar…

Posted by Kumitat Nar Santa Liena 18 ta' Awwissu – Birkirkara on Sunday, June 23, 2019