Salvini u Di Maio t-tnejn jgħidu li jridu jiggvernaw

Il-kap tal-partit Lega Nord, Matteo Salvini u l-mexxej tal-Moviment tal-Ħames Stilel, Luigi Di Maio, it-tnejn iridu jiggvernaw.
Dan wara li l-votanti tar-raba’ l-akbar ekonomija fl-Ewropa ma ġabx maġġoranza għall-ebda partit.
Il-Moviment tal-Ħames Stilel kien l-ikbar partit li ġab terz tal-vot.
Għaldaqstant, il-partit kontra l-immigranti, il-Lega Nord qal ukoll li ġie approvat sabiex imexxi l-pajjiż bħala parti mill-alleanza leminċentrali.
L-iffurmar tal-Gvern mistenni jieħu ġimgħat ta’ negozjar u bini ta' koalizzjonijiet.
L-alleanza bejn il-Lega Nord u l-partit tal-eks-Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi, Forza Italja, qed jingħad li se tirbaħ l-akbar numru ta’ siġġijiet fil-parti inferjuri tal-Parlament.
Ir-riżultati s’issa:

  • Il-Moviment tal-Ħames Stilel – 32.6%
  • Il-Partit Demokratiku – 18.7%
  • Lega Nord – 17.4%
  • Forza Italia – 14%

Medja ta’ 73% tal-poplu Taljan marru jagħtu l-vot tagħhom il-Ħadd li għadda.