Salvini jwaqqaf bastiment mimli tfal milli jidħol f’Lampedusa

Read in English.

Mediterranea Saving Humans qalet l-Ministru għall-Intern Matteo Salvini qed jiblokka l-bastiment Mare Jonio li huwa mimli tfal u li jinsab 13-il mil ‘il barra minn Lampedusa milli jidħol fil-Port.

Il-bastiment wasal fil-limiti tal-ibħra territorjali Taljani fin-Nofsinhar ta’ Lampedusa għall-ħabta tas-6am. Intant skont post fuq Facebook, l-għaqda qalet li għall-ħabta tal-11.37pm saru jafu bid-digriet ta’ Salvini li jwaqqafhom milli jidħlu fil-port ta’ Lampedusa.

Aqra: Aġġornata: Nisa tqal u tfal bejn sema u ilma; “kuntatt mal-Libja mhix soluzzjoni”

L-għaqda qalet li intant dalgħodu għall-ħabta tas-7am, patrol boat tal-Gwardja tal-Kosta Taljana mar lejn il-Mare Jonio fejn żewġ uffiċċjali tal-Gwardja di Finanza telgħu abbord il-bastiment tal-NGO u għarrfuhom bid-digriet.

L-ekwipaġġ wera rapport mediku fejn talbu l-assistenza miċ-Ċentru tal-Koordinazzjoni Marittima (MRCC) u lill-awtoritajiet tal-port, għall-kundizzjonijiet tal-106 persuni salvati, b’mod partikolari n-nisa tqal u t-tfal abbord. Minkejja dan il-bastiment li jsalpa bil-bandiera Taljana mhux qed jitħalla jidħol fil-port tiegħu stess.

🔴 AGGIORNAMENTO DA BORDO 🔴Il Viminale blocca la nave dei bambini a 13 miglia da Lampedusa.Alle ore 6 di questa…

Posted by Mediterranea Saving Humans on Thursday, August 29, 2019