Salvini jopponi l-kawża tal-migranti, ipoġġi alleat f’pożizzjoni skomda

FILE PHOTO: Italy's Interior Minister Matteo Salvini gestures as he attends a news conference in Rome, Italy, January 14, 2019. REUTERS/Remo Casilli/File Photo

Il-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini appella lis-Senat biex jirrifjuta it-talba tal-ġudikatura biex jittella’ il-qorti għall-ħtif ta’ persuni wara li ma ħalliex 150 migrant jinżlu minn dgħajsa tas-salvataġġ għal ġimgħa.

Salvini qal li kien qiegħed jaħdem favur l-interess tal-pubbliku. L-appell tiegħu mistenni joħloq problemi mal-kollaburatur tiegħu, il-Moviment tal-Ħames Stilel. Il-Moviment dejjem kellu imġieba nadifa mal-ġudikatura u dejjem tkellem kontra nies fil-parlament li jużaw il-privileġġ parlamentari biex jaħarbu minn azzjonijiet legali.

Kumitat fis-Senat għandu jiltaqa’ biex jiddeċiedi jekk il-privileġġ parlamentari ta’ Salvini għandux jitneħħa, b’vot mistenni jittieħed sal-aħħar ta’ Frar.