Salvini joħodha mal-għaqdiet umanitarji

Read in English.

Il-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini ħalef li se jkompli jwaqqaf id-dgħajjes li jagħtu għajnuna umanitarja milli jidħlu fil-portijiet Taljani.
Skont post li poġġa fuq Facebook, Salvini qal li żewġ dgħajjes ta’ għaqdiet mhux governattivi, Lifeline u Seefuchs jinsabu viċin il-kosta tal-Libja biex jiġbru l-immigranti li jiġu abbandunati mit-traffikanti tal-bnedmin. Iż-żewġ dgħajjes huma rreġistrati fl-Olanda. L-għaqda Mission Lifeline bħala reazzjoni qal dak li kiteb Salvini kitbu Tweet bil-Ġermaniż li fiha qalu ‘Meta l-faxxisti jippromwuvna’.
Għal dan it-Tweet Salvini wieġeb li l-insulti u thedid mhux se jwaqfu lill-Italja u lit-Taljani jmexxu pajjiżhom.
Salvini sostna li “l-Italja ma tridx tibqa’ kompliċi fin-negozju tal-immigrazzjoni, għaldaqstant se jkollhom iffittxu portijiet oħra”.
L-Italja filwaqt li sostniet li mmigranti li huma salvati mid-dgħajjes Taljani biss jistgħu jinġiebu fl-Italja, qalet li l-għaqdiet umanitarji mhux governattivi qed jiġu sfruttati mit-traffikanti. L-għaqdiet ċaħdu din l-allegazzjoni.