Salvini jhedded lis-Sea Watch b’multa ta’ €50,000

L-Għaqda Sea Watch li ssalva l-immigranti mill-għarqa qalet kif ilbieraħ, il-Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini bagħat lill-Guardia di Finanza fuq il-bastiment Sea Watch 3 sabiex javżaw lill-kaptan u l-kap tal-ħidma li digriet ġdid ta’ Salvini qed jheddidhom b’multa ta’ €50,000 talli qed jippruvaw idaħħlu lill-immigranti salvati f’pajjiż sigur.

Aqra: Salvini jinsisti li Sea Watch għandu jniżżel l-immigranti fil-Libja

L-għaqda qalet dan fi tweet u ddeskriviet l-att ta’ Salvini bħala ittra ta’ mħabba minn Ruma.

Bħalissa s-Sea Watch 3 għad hemm fuqu 43 immigrant, 6 nisa u 37 raġel. Minn dan il-grupp tliet persuni huma minuri li mhumiex akkumpanjati mill-familja tagħhom. L-NGO sostniet li dawn il-persuni kollha għandhom bżonn port ta’ sigurtà immedjat. L-għaqda qalet li qed tittama li tintlaħaq soluzzjoni politika fil-jiem li ġejjin.

Aqra: Sea Watch issalva 52 immigrant ‘il barra mil-Libja