Salvini jfittex il-fidwa fl-elezzjonijiet reġjonali Taljani

FILE PHOTO: Leader of Italy's far-right League party Matteo Salvini speaks on stage during a rally ahead of a regional election in Emilia-Romagna, in Ravenna, Italy, January 24, 2020. REUTERS/Flavio Lo Scalzo

Read in English.

L-elettorat f’żewġ reġjuni Taljani, Emilia Romagna fit-Tramuntana u Calabria fin-Nofsinhar ivvota llum f’elezzjonijiet lokali li jistgħu jgħinu lill-Kap tal-Oppożizzjoni Matteo Salvini jkollu poter nazzjonali.

Bħalissa ż-żewġ reġjuni qegħdin taħt il-kontroll tax-xellug-ċentrali filwaqt li s-sondaġġi qed ibassru rebħa għal-lemin f’Calabria fejn hemm nuqqas ta’ żvilupp. Ir-riżultat fit-Tramuntana huwa ferm inqas ċert u politikament ferm aktar sinifikanti.

Wieħed mill-aktar reġjuni sinjuri, Emilia Romagna huwa d-dar tal-karozza sportiva Ferrari u l-ġobon tal-Parmesan. Ilu fortizza tax-xellug mit-Tieni Gwerrar Dinjija.

Salvinu qatta’ ġimgħat jikkampanja fiż-żona u jispera li rebħa għal-partit tal-Lega tiegħu u l-imsieħba tal-lemin tiegħu tfisser distabilizzazzjoni tal-koalizzjoni f’Ruma li saħansitra tista’ tikkollassa.