Salvini jeħodha ma’ grupp Ġermaniż li għen l-immigranti

Matteo Salvini
REUTERS/Stefano Rellandini

Read in English.

l-Ministru tal-Intern Taljan, ħadha kontra u akkuża grupp karitattiv Ġermaniż li llum injora l-ordnijiet tal-gwardja tal-kosta meta l-vapur bil-bandiera Olandiża qabad 226 immigrant barra mill-kosta Libjana u qal li għandhom jittieħdu lejn l-Olanda u mhux fuq l-Italja.

Aktar kmieni dan ix-xahar Matteo Salvini wiegħed li ma jibqax iħalli li l-vapuri tal-karità jħottu immigranti salvati fl-Italja, u ħalla l-Aquarius  mitluq fuq il-baħar għal diversi jiem b’aktar minn 600 immigrant abbord sakemm Spanja offritilhom port kenni.

Nhar il-Ħamis, il-Missjoni Lifeline, grupp karitattiv bbażat f’Dresden, il-Ġermanja, salva lill-migranti minn fuq żewġ dgħajjes tal-gomma f’ilmijiet internazzjonali minkejja li l-Italja qalet li l-gwardja tal-kosta tal-Libja waslet biex teħodhom lura, qal kelliem għal dan il-grupp. Huma ma kinux siguri jekk humiex se jittieħdu lura fil-Libja, huwa kompla.

Salvini, il-mexxej tal-partit kontra l-immigranti, indirizza lil dan il-grupp f’vidjo fuq Facebook: “Int intenzjonalment ma smajtx mill-awtoritajiet Taljani jew Libjani. Tajjeb. Mela ħu dawn it-tagħbija ta’ bnedmin lejn l-Olanda”.