Salvatore Toscano r-rappreżentant ta’ Malta fil-finali tar-Rotax Max

Karting Club Malta organizzat il-ħames u l-aħħar rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-karting. B’kollox ikkompetew 20 sewwieq f’diversi klassijiet.

Zach Scicluna rebaħ il-klassi Baby Kart. Isaac Micallef rebaħ il-klassi 125 TAG. Luke Abela rebaħ il-klassi Mini TAG segwit minn Jacob Micallef u Kyle Micallef. Kyle Mercieca rebaħ il-klassi Rotax Max segwit minn Salvatore Toscano u Jake Agius fit-tieni u t-tielet post rispettivament. John Agius rebaħ il-klassi  Iame X30 segwit minn Brandon Pullicino u Jake Bianco.

Il-kampjonat Rotax ġie mirbuħ minn Salvatore Toscano segwit minn Nicky Gauci u Kyle Mercieca, b’hekk Toscano se jirrapreżenta lil Malta fil-finali tar-Rotax Max ġewwa l-Italja x-xahar d-dieħel.

L-atleta u ambaxxatur ta’ SportMalta Jake Vella kien il-mistieden speċjali ta Karting Club Malta biex jippreżenta it-trofej lir-rebbieħa. It-tlielaq kienu mmexxija minn Dario Anastasi, Adrian Figallo, Timmy Zammit u Charlene Bartolo.