​Salvati 500 migrant mill-baħar

migrants

Aktar minn 500 migrant ġew salvati mill-baħar mill-awtoritajiet Spanjoli fi tmiem il-ġimgħa.
Skont ir-Reuters, dawn il-migranti kienu qed jagħmlu l-vjaġġ perikoluż mill-Mediterran għall-Ewropa fuq aktar minn 12-il dgħajsa.
Wara tfiċċijiet bl-ajru, dgħajjes Spanjoli salvaw kważi 300 migrant minn fuq disa’ dgħajjes ilbieraħ. Sal-lum waranofsinhar aktar minn 250 migranti ġew salvati minn tmien dgħajjes li kienu f’kundizzjoni ħażina u iktar tard għerqu.
In-numru ta’ vjaġġaturi li jaqsmu l-Istrett ta' Ġibiltà żdiedu b’ammonti konsiderevoli.
Uffiċjal tal-gwardjani tal-kosta Taljan qal li f’dawn l-aħħar 3 ijiem ġew salvati aktar minn 1,800 migrant li ppruvaw jaqsmu mill-Libja għall-Italja.
Ritratt: Arkivji