Salvati 5 qniefed wara li ġew maqlugħin is-siġar tagħhom

Nature Trust Malta

Nature Trust Malta u l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) matul il-lejl li għadda salvaw ħamest iqniefed li spiċċaw mingħajr post fejn jgħixu minħabba li ġew maqlugħin xi siġar f’żoni differenti.

Fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Nature Trust Malta ġie spjegat li se jkun qed isir aktar monitoraġġ waqt li jinqalgħu s-siġar, filwaqt li se tkompli ssir pressjoni fuq l-awtoritajiet sabiex jaħsbu aktar fuq ir-rilokazzjoni tal-annimali selvaġġi qabel ma jibda xogħol tat-tip. Insistiet li b’dan il-mod jiġu evitati sitwazzjonijiet ta’ kriżi.

Five hedgehogs were saved tonight. We'd like to thank the people who called us and the Environment and Resources…

Posted by Nature Trust – FEE Malta on Thursday, January 10, 2019

Din is-sejba għamluha wara li rċevew numru ta’ rapporti minn persuni differenti li spjegaw li bosta qniefed qed jispiċċaw fit-toroq wara li jinqalgħu s-siġar, partikolarment fi Triq l-Imdina.

Appellaw sabiex kull min jesperjenza xi ħaġa simili jagħmel ukoll rapport mal-ERA fuq in-numru tal-emerġenza 99210404.