Salvati 200 persuna; jitolbu li jiddaħħlu fl-Ewropa

Read in English.

Bejn ilbieraħ filgħaxija u kmieni dalgħodu madwar 200 persuna ġew salvati wara li sabu ruħhom f’diffikultà. Huma jinsabu abbord il-bastiment tal-merkanzija Asso30 fl-ibħra intrnazzjonali. Dan ħabbritu l-Għaqda Alarm Phone permezz ta’ post fuq Twitter.

L-għaqda spjegat li l-awtoritajiet Taljani ġew infurmati u żiedet li dawn l-immigranti ħarbu mil-Libja u ma jistgħux jerġgħu jirritornaw. Hija appellat li għandhom jiddaħħlu fl-Ewropa.