Salvati 2 bugħaddasa minn Wied iż-Żurrieq

Spinola vittma raġel salvat San Ġiljan

Ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta kellu jtella’ mill-baħar żewġ bugħaddasa wara li sabu ruħhom f’diffikultà.
Il-Pulizija kkonfermat l-inċident ma’ Newsbook.com.mt, meta qalet li ż-żewġ bugħaddasa kienu parti minn grupp ta’ 7 f’Wied iż-Żurrieq.
Ir-rapport daħal lill-Korp għall-ħabta tas-1pm.
Jidher li ma’ dawn it-tnejn kien hemm tnejn oħra, u t-tlieta li fadal kienu fuq l-art.
Iż-żewġ bugħaddasa ttellgħu l-art, iżda hemmhekk iffirmaw biex ma jmorrux l-isptar b’ambulanza.