Dalgħodu Crisis Resolution Malta flimkien ma’ għadd ta’ pulizija fuq il-post, oħrajn fil-control room u dawk tad-distretti tar-Rabat u Ħad-Dingli rnexxielhom jagħtu s-sapport meħtieġ sabiex tiġi salvata persuna minn suwiċidju.
Bħalissa din il-persuna qiegħda tirċievi l-għajnuna li għandha bżonn.
L-għaqda rringrazzjat b’mod speċjali lill-uffiċjali M83, PS 1340, PC425, M71, PC1514 u PC 735.
Intant, fuq il-paġna soċjali tagħhom ta’ Facebook, Crisis Resolution Malta, appellaw sabiex dawk kollha li għaddejjin minn mumenti mhux daqstant faċli u qegħdin jesperjenzaw emozzjonijiet diffiċli, iċemplu fuq in-numru 99339966.
Huma għandhom tim kwalifikat u professjonali 24 siegħa kuljum lest sabiex jassisti lil min jinsab f’diffikultà.