Salvat wara li qatta’ jumejn fl-Oċean Paċifiku

Sajjied Kolombjan kien salvat wara li qatta’ jumejn fl-Oċean Paċifiku.
Solano Salazar kien qed jistad ma’ ħabib tiegħu nhar il-Ġimgħa li għadda meta d-dgħajsa tagħhom inqelbet u biex ma jegħrqux kellhom iżommu ma’ cooler tal-foam.
Filmat maħruġ mill-Colombian Navy juri l-mument li għadd ta’ baħrin, li kienu qed jagħmlu d-drills fil-viċinanzi, sabuh f’wiċċ l-ilma 35Km ‘l barra mill-kosta.